Dr Joseph Muscat jappella lil kullħadd biex jivvota kmieni

Ftit jiem biss ‘l bogħod mill-jum tal-votazzjoni, il-mexxej Laburista Dr Joseph Muscat appella biex kullħadd imur jivvota kmieni, u biex dawk li ma ġabrux il-vot ma jħallux l-għażla f’idejn ħaddieħor.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal dan waqt attività politika f’Ħaż Żebbuġ, l-Erbgħa filgħaxija.

Hu sostna li hemm ħafna voti li għadhom ma nġabrux minn lokalitajiet tradizzjonalment b’simpatija Laburista.

Appella b’mod speċjali lill-Għawdxin biex jivvutaw għall-bidla meħtieġa.

Muscat kompla jgħid li kif turi l-andament tal-elezzjoni ġenerali fl-Italja, wieħed m’għandux jasal għall-konklużjonijiet malajr dwar ir-riżultat.