Dr Gonzi jgħid li se jitqassam programm elettorali f’kull dar ‘biex issir l-għażla t-tajba’

Il-Prim Ministru u kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Lawrence Gonzi, qal li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, se jitqassam lill-kull dar f’Malta u Għawdex, biex il-poplu jkun jaf li bil-fiduċja tiegħu fil-Partit Nazzjonalista jista jassigura futur sod għall-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal dan waqt attività politika f’San Ġwann.

Dr Gonzi sostna li hu fiduċjuż li meta l-poplu jqabbel il-proposti tal-Partit Nazzjonalista ma’ dawk tal-Partit Laburista, il-poplu se jagħmel l-għażla t-tajba.

Dan għaliex il-poplu jaf li Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel ħafna tajjeb anke jekk wettaq xi żbalji, temm jgħid il-Prim Ministru.