Dr Franco Debono se jiddefendi lil Yorgen Fenech?

Read in English.

Newsbook.com.mt ipprova jikkuntattja lill-avukat tal-kriminal Dr Franco Debono biex jivverifika jew jiċħad l-informazzjoni li waslet għand Newsbook.com.mt li se jkun parti mit-tim tad-difiża tan-negozjant Yorgen Fenech.

Muscat se jipprova jarmi u jeħles minn xi wħud qrib tiegħu – Debono

L-uniku avukat li ssemma pubblikament bħala avukat tad-difiża kien Dr Gianluca Caruana Curran, iben Dr Gianella de Marco.

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija qalet li Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, jinsab lura fil-kustodja tal-Pulizija. Hu qed jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija, fost l-oħrajn dawk marbuta mal-assassinju tal-ġurnalista.

Newsbook.com.mt nhar is-Sibt bagħat messaġġ b’WhatsApp lil Dr Debono, li nqara iżda ma tweġibx. Komunikazzjoni bit-telefown u b’WhatsApp il-Ħadd ma ġewx imwieġba lanqas.