Dr Ferry jgħidilna kif nipprevjenu l-kanċer tas-sider

Illum waqt il-programm Insellmlek ma’ Sonia Young fuq RTK 103FM bejn it-3pm u l-4:30pm, nitkellmu mal-ispeċjalista’ tal-mediċina u l-anzjani Dr Peter Ferry dwar l-importanza li jsiru eżaminazzjonijet u screening regolari biex nipprevjenu jew nilqgħu mill-bidu nett il-kanċer tas-sider.
Fit-tieni parti tal-programm nitkellmu wkoll ma’ Chris Farrugia minn Britannia Tours li jirrakonta dwar ġiti li jorganiżżaw il-Britannia Tours biex ikollna l-vakanza tal-ħolm tagħna.  Is-semmiegħa huma mistiedna jċemplu u jirrakontaw dwar xi ġiti li għamlu huma. It-telefons u l-sms miftuħa għal kurżitajiet tas-semmiegħa fejn jidħol ivvjaġġar
Il-programm qiegħed jixxandar live kemm fuq RTK 103FM kif ukoll permezz tal-live-streaming fuq il-paġna tal-facebook.
Agħfas hawn