Adrian Delia mal-Valletta FC

PN_Valletta_FC

F'laqgħa mal-President, il-membri tal-Kumitat u l-plejersta' Valletta FC, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-volontarji kollha fix-xena sportiva għandhom jingħataw rikonoxximentgħal xogħolhom.
Għalkemm ir-riżorsi għall-isport f'Malta huma limitati, Dr Delia jemmen li l-isportivi Maltin u Għawdxin huma tassew qalbiena u kapaċi jegħlbu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom.
Il-President ta' Valletta FC VictorSciriha, li kien avversarju ta’ Dr Delia meta dan kien President ta’ Birkirkara FC, awguralu suċċess fil-karriera politika tiegħu.
Sciriha ppreżentalu wkoll il-ktieb tat-Tieni Volum tal-istorja ta' Valletta FC bħala tifkira taż-żjara tiegħu.
Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista għal din il-laqgħa attenda wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-ġlieda kontra l-Obeżità Ryan Callus.