Dr Busuttil jitkellem dwar il-qabża fil-kwalità fil-qasam tal-biedja

Waqt żjara lil familja ta’ bdiewa fix-Xemxija, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Simon Busuttil qal li l-investiment mill-Gvern fis-settur tal-agrikoltura flimkien mal-fondi mill-Unjoni Ewropea allokati għall-istess settur, wassal għal qabża fil-kwalità. Madanakollu, huwa xorta fakkar li għad hemm iżjed sfidi fil-futur fil-qasam tal-biedja.

Dawn il-bdiewa għandhom serra fejn fiha jkabbru diversi prodotti fosthom tadam. Dr Busuttil qal li l-istess familja bbenefikat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea biex jibnu ġibjun. Dr Busuttil kien akkumpanjat mill-Ministru għar-Riżorsi George Pullicino.