Dr Ann Fenech ma teskludix il-possibiltà li tinvolvi ruħha aktar fil-Partit Nazzjonalista

L-avukata konsulenta fil-liġi marittima Ann Fenech qed tkun imħeġġa minn persuni biex tissieħeb fil-Partit Nazzjonalista.

Dan qed isir fuq sit li nħoloq apposta fuq Facebook, bl-isem ta’ “Ann Fenech: Biex inħajruha tinvolvi ruħha Fil-Partit Nazzjonalista”.

Meta tkellmet ma’ Newsbook, Dr Fenech qalet li hi lanqas biss tuża Facebook. Qalet li l-proposti li saru huma inkoraġġanti għaliha, iżda żiedet li għadu kmieni ħafna biex tikkonferma l-interess tagħha bħala membru attiv fi ħdan il-partit. Madanakollu m’eskludietx il-possibiltà li tinvolvi ruħha aktar fil-partit.

Newsbook staqsa lill-avukata x’taħseb li għandu jagħmel il-Partit Nazzjonalista biex jerġa’ jikseb l-appoġġ tal-poplu.