Downing Street maħsuda

Id-Diplomat Ingliż għal Brussell, Sir Ivan Rogers, irriżenja mill-kariga tiegħu.
Sir Ivan Rogers, kien magħżul bħala rappreżentant permanenti għall-Ingilterra minn David Cameron fl-2013, kellu rwol importanti fin-negozjati ta’ Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ingilterra.
L-uffiċċju tal-Affarijiet Barranin Ingliż ma qalx għalfejn Rogers irriżenja ħabta u sabta.
Hu kien mistenni li jirriżenja f’Novembru li ġej.
Il-Prim Ministru Theresa May qalet li negozjati formali mal-Unjoni Ewropea se jibdew f’Marzu li ġej.