Double decker tibqa’ dieħla f’ħanut f’Londra

Double Decker baqgħet dieħla fil-faċċata ta’ ħanut fin-Nofsinhar ta’ Londra.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li weġġgħu xi persuni iżda ma kienx hemm rapporti ta’ mwiet.
Żewġ nisa nqabdu fuq id-double decker hekk kif il-faċċata tal-ħanut f’Lavender Hill waqgħet fuq il-karozza.
Għalkemm għadha mhux magħrufa l-kawża tal-inċident, m’hemmx suspetti li l-ħabta kienet intenzjonata.
Ix-xufier tttieħed l-isptar.