​doTERRA f’taħdita dwar il-benefiċċji tal-prodotti taż-żjut

Jekk ħadt pjaċir bir-riħa tfuħ ta’ warda, għamilt mixja qalb il-pjanti tal-lavanda (lavender),  jew xammejt ir-riħa tan-nagħnieh maqtuħ frisk, diġa’ esperjenzajt il-kwalitajiet aromatiċi tal-essential oils. Dawn il-karatteristiċi aromatiċi ssibhom fiż-żrieragħ, zkuk, għeruq, fjuri u partijiet oħra tal-pjanti u siġar.   Jistgħu jkollhom kemm fragranza  sabiħa kif ukoll qawwija ħafna, u ilhom sekli sħaħ jintużaw mhux biss għat-trattamenti ta’ sbuħija, iżda anki għall-preparazzjoni tal-ikel u għall-kura tas-saħħa.
Rappreżentanta għall-benesseri ta’ doTERRA Joanna Constantinou se tintroduċi l- essential oils ta’ doTERRA nhar it-Tnejn 17 ta’ Lulju 2017, fl-4.00pm fil-bini ta’ Malta Employers Association (MEA), 35/1 Triq Nofs in-Nhar, il-belt Valletta. Din is-sessjoni ta’ introduzzjoni, li hi bla ħlas u ta’ madwar sagħtejn, hi ta’ interess kbir għal dawk li għandhom għal qalbhom il-kura tas-saħħa, jew jaħdmu fi stabbilimenti ta’ sbuħija, spas, ħwienet li jbiegħu prodotti għal ħajja b’saħħitha, klabbs tal-fitness, kliniċi, kif ukoll dawk li huma involuti fil-preparazzjoni tal-ikel.
doTERRA, kumpanija ewlenija fil-qasam ta’ essential oils, twaqqfet fl-2008 f'Utah, l-Istati Uniti. Il-brand doTERRA tipprovdi żjut tal-ogħla kwalità u siguri fid-dinja. Dawn il-prodotti huma ċċertifikati bis-Certified Pure Therapeutic Grade® essential oils, li jfisser li ż-żjut huma puri u naturali, b'komponenti aromatiċi u estratti b’reqqa mill-pjanti. L-essential oils ta’ doTERRA huma ħielsa minn fillers u ingredjenti artifiċjali, m’humiex miżjuda (dilution) u huma ttestjati b'mod rigoruż għall-ogħla standards.
Il-postijiet għal din is-sessjoni, li huma b’xejn, huma limitati u huma on first-come-first serve basis. Persuni għandhom jikkonfermaw l-attendenza tagħhom qabel il-Ħamis, 13 ta' Lulju, permezz ta' imejl lil annamaria.attardportughes@bpc.com.mt jew fuq in-numru tat-telefon: 2124 3211. Fl-4.00pm ikun hemm ħin għal networking u s-sessjoni tibda fl-4.30pm.
doTERRA tfisser "Rigal mid-Dinja".