Dortmund bit-tielet akkwist tagħhom

Thomas Delaney ingħaqad ma’ Dortmund mingħand Werder Bremen għas-somma ta’ £17.5 miljun.
Il-midfielder Daniż ta’ 26 sena ffirma kuntratt ta’ erba’ snin wara li lagħab 32 logħba, fejn skorja 3 gowls u provda 5 assists, ma’ Bremen fl-istaġun l-għadda.
Id-Direttur Sportiv Michael Zor stqarr li jinsab ċert li Delaney ser isaħħaħ lit-tim Ġermaniż.
Dan huwa t-tielet akkwist ta’ Dortmund hekk kif diġà kkonkludew l-akkwist tal-goalkeeper Marwin Hitz u tal-midfielder Marius Wolf mingħand Augsburg u Eintracht Frankfurt rispettivament.
Dortmund qed jittamaw li jtemmu d-dominju ta’ Bayern Munich hekk kif l-eks tim ta’ Jurgen Klopp se jitmexxa minn Lucien Favre matul l-2018-19.