Dorset Apple Cake

Riċetta u ritratti ta’ Tanya Zammit

Ingredjenti

450g tuffieħ tajjeb għat-tisjir

meraq ta’ nofs lumija

250g butir imrattab

280g zokkor ismar

2 kuċċarini baking powder

4 bajdiet

2 kuċċarini essenza tal-vanilla

350 dqiq self-raising

icing sugar għal wiċċ meta jsir

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ jekk fan oven, jew 160˚Ċ jekk tal-gass.

Idlek bil-butir landa tal-kejk u iksi b’karta strazza.

Qaxxar it-tuffieħ, neħħi ż-żerriegħa u sslajsja rqiq. Agħsar il-meraq tal-lumi fuqhom.

Poġġi flimkien f’bieqja l-butir, il-bajd, iz-zokkor, id-dqiq, l-essenza tal-vanilla u l-baking powder u ħawwad tajjeb.

Ifrex nofs it-taħlita fil-qiegħ tal-landa tal-kejk. Agħmel fuqha nofs it-tuffieħ u erġa’ rrepeti.

Aħmi għal 45-50 minuta sakemm isir dehbi u tara li sar.

Ħalli jibred għal 10 minuti, aqilbu mil-landa u neħħi l-karta strazza.

Roxx l-icing sugar fil-wiċċ.