Drogi, ikel u ħwejjeġ fost l-affarijiet li nqabdu mid-Dwana

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena d-Dipartiment tad-Dwana qabad 56.8 miljun pillola falza. Ma’ din il-qabda tal-pilloli kien hemm sejbiet oħra ta’ 3.6kg kannabis u 300 pillola tal-ecstasy,14-il gramma kokaina u 14-il gramma ta’ MDMA.
Wara l-qabda tal-pilloli, l-ikbar qabda kienet dik ta’ 151,580 sigarett b’evażjoni tas-sisa.
Isegwuhom kien hemm il-madum taċ-ċeramika b’ 7197 kaxxa u l-inbid b’evazzjoni tas-sisa, b’2370 kaxxa.
Il-prodotti tal-laħam u tal-ħalib ipprojbiti kienu ukoll popolari, hekk kif inqabdu 127.35kg.
B’rabta mal-ħwejjeġ inqabdu 1080 qmis u  erba’ kaxxi ħwejjeġ foloz.
Filwaqt li b’rabta mat-titjib inqabdu 24.15kg ta’ snus, 60g tabakk tal-pipa u 572g ta’ tabakk tat-trembil.
Inqabdu wkoll 55 flixkun ta’ xorb alkoħoliku b’evażjoni tas-sisa.
Instabu wkoll armi u skrataċ ipprojbiti nqabdu 32 filwaqt li tliet frames bi friefet ibbalzmati. Filwaqt li nqabdu wkoll 66 ġlud ta’ għasafar protetti.
B’rabta m’oġġetti tad-dar inqabddu 320 kutra, 238 heaters u 57 vacuum cleaner.
Oġġetti foloz instabu 616 filwaqt li oġġetti mingħajr il-marki tas-CE nqabdu 106 oġġetti mingħajr il-marki tas-CE.
L-anqas li nqabbdu kienu żewġ ċineg tal-arloġġi tal-ġilda u sikkina tal-avorju.
Mal-qabda tal-oġġetti kien hemm ukoll 11-il passaport b’rabta ma’ traffikar.
Is-sejbiet instabu wara diversi spezzjonijiet u kontrolli li saru f'bosta stabilimenti madwar Malta u fuq il-fruntiera ta' Malta. 
Id-Dipartiment tad-dwana jappella għal għajnuna tal-pubbliku.
Min għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha b'mod anonimu billi jċempel fuq 25685124.