Dorianne Theuma tirbaħ il-plejer tax-xahar għat-tmien darba

Dorianne Theuma ġiet ippremjata bħala l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa. Dan il-premju mhux tal-ewwel għall-plejer tal-Ħibs hekk kif l-istess premju rebħitu tmien darbiet, bl-ewwel darba jkun lura f’Ottubru tal-2012.

Kurżita oħra dwar Theuma, hija veterana tal-futbol Malti tan-nisa u kienet l-aqwa skorer fil-kampjonat tan-nisa għal 7 darbiet. Hija rebħet 12-il kampjonat, 6 knockouts u 10 Super Cups sa minn meta ddebuttat fi Frar tal-1998. Dan ix-xahar hija rnexxielha tiskurja 3 gowls fi 3 partiti biex għenet lit-tim tagħha jżommu t-tielet post fil-kampjonat.