Read in English.
Donazzjonijiet minn għadd ta’ Maltin qed jintużaw biex jiġu salvati l-ħajjiet fil-Perù li wkoll intlaqat mill-coronavirus.
Fuq Facebook Fr Raymond Portelli, qassis Għawdxi li ilu 26 sena jaħdem fil-missjoni fil-Perù, irringrazzja lil dawk li kienu ġenerużi miegħu. S’issa ġabar aktar minn €180,000.
Il-flus intużaw għax-xiri tal-mediċini u għall-ikel. Din il-ġimgħa għen lil aktar minn 400 pazjent tal-COVID-19. Irringrazzja wkoll lill-voluntiera li qed jgħinuh fil-parroċċa tiegħu fil-Belt ta’ Iquitos.
Ħabbar ukoll li l-magna tal-ossiġnu li xtraw bħala Knisja għandha tibda tiffunzjona għada.
Dawk li jixtiequ jgħinu lil Fr Portelli jistgħu jċemplu fuq 21556375.
Kif tkun il-ħajja meta tkun qassis u tabib fil-missjoni?
Fr Portelli kien ġie intervistat fuq 103 fi Frar li għadda u spejga kif inhi l-ħajja tiegħu.