Donazzjonijiet għall-erbat itrabi tal-omm li mietet wara li welldet

Eluf ta’ donazzjonijiet qed jinġabru għall-erbat itrabi li twieldu f’daqqa minn omm li mietet wara li welldet.
Erica Morales ta’ 36 sena mietet f’Phoenix fl-Arizona, l-Amerika wara li welldet tlett ibniet u tifel nhar il-Ħamis.
Din l-istorja ġibdet l-attenzjoni minn madwar id-dinja kollha hekk kif l-omm lanqas biss irnexxilha tara jew tgħannaq lill-uliedha li tant ħabbet tul it-tqala.
Jirriżulta li l-omm kienet ilha s-snin tipprova tinqabad tqila u wara li nqabdet b’għajnuna ta’ diversi tobbi u esperti, mietet fiċ-ċentru mediku tas-Samaritan it-Tajjeb f’Phoenix.
Intqal li tul iż-żmien tat-tqala, l-omm kienet ferrieħija, inkluż fil-mument meta saret taf li l-qalb bdiet tħabbat minn erbat ibnadi oħra differenti.
Filwaqt li kellha l-baby shower f’Diċembru, Erica Morales kellha tiddaħħal l-isptar wara 31 ġimgħa ta’ tqala.
Uffiċjali mill-isptar ħarġu stqarrija fejn esprimew il-kondoljanzi lill-familja iżda naqsu li jagħtu tagħrif dwar il-kawża tal-mewt tal-omm jew dwar il-kundizzjoni tal-erbat itrabi.
Jidher li l-websajt bl-isem ‘Erica’s Memorial Fund’ tnediet biex jinġabru fondi b’risq din il-familja, bl-għan hu li jinġabru 50,000 dollaru Amerikan.