Donazzjoni ta’ maskri protettivi u appoġġ finanzjarju għall-Motorsport

Read in English.

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport imhabba li l-ghaqdiet affilijati mal-Federazzjoni intlaqtu hazin matul dawn ix-xhur straordinarji li ghaddejjin ilkoll minnhom. Il-pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja sportiva tagħna, bħal il-waqfien tal-kampjonati lokali, u r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar li għamlitha diffiċli għal ħafna mis-sewwieqa talmotorsport biex jitħarġu u jikkompetu barra minn Malta.

Is-servizzi tas-saħħa u l-istituzzjonijiet pubbliċi kontinwament għaddejin b’ħidma kontra din it-theddida inviżibbli; madankollu, dan il-virus qed jagħmel minn kollox biex jibqa’ magħna għal xi żmien twil hekk kif in-numri ta’ każijiet pożittivi qed jerġgħu jibdew jiżdiedu kemm lokalment kif ukoll globalment. Permezz tal-kampanja li nediet il-Federation Internationale de l’Automobile (FIA) #RaceAgainstCOVID, il-MMF bdiet tqassam ‘il fuq minn 2500 maskra protettiva fost il-membri tal-Federazzjoni biex jintużaw waqt l-avvenimenti sportivi biex tgħin fit-trażżin tat-tixrid u tiġġieled kemm jista’ jkun il-pandemija tal-COVID-19.

L-MMF ħadet ukoll l-inizjattiva li titlob għajnuna lil SportMalta biex tgħin fl-ispejjeż tal-assigurazzjoni li tkopri l-avvenimenti tal-motorsport Malti, u dan fid-dawl tal-kanċellazzjonijiet tal-attivtajiet sportivi dovut għall-pandemija tal-COVID-19.

Il-MMF hija sodisfatta ħafna b’dak li nkiseb ma’ SportMalta sabiex il-fondi allokati għall-Motorsport intuzaw b’mod għaqli u tkopri l-assigurazzjoni tal-Motorsport ta’ din is-sena.

Barra minn hekk, billi SportMalta kopriet ukoll il-porzjon tal-Personal Accident tal-liċenzji tas-sewwieqa tal-motorpsort, il-Malta Motorsport Federation iddeċidiet li tagħti kreditu ta’ 30 lis-sewwieqa kollha li ħallsu għall-liċenzja Nazzjonali u / jew Internazzjonali matul din is-sena 2020. Dan il-kreditu jista’ jintuza biss meta tiġġedded il-liċenzja matul is-sena d-diehla, 2021.

Il-President tal-MMF, Tonio Cini, spjega illi l-agir li tgħin u li tissapportja huma parti integrali ta’ dak li tfisser il-Federazzjoni għall-komunità tal-Motorsport Maltija. Il-Federazzjoni hija grata talli tista’ turi lapprezzament tagħha lill-membri, lis-sewwieqa u lill-komunità Maltija b’dan il-mod sinifikanti wara dak kollu li għaddejin minnu. Id-donazzjoni ta’ maskri protettivi tmur lil hinn mis-sempliċi tqassim ta’ maskri iżda tifforma parti mill-inizjattiva tal-Federazzjoni li twassal tama lill-għaqdiet sportivi u tgħin lill-membri jiggieldu din il-pandemija mill-ġdid ħalli nerġgħu nibdew l-attivitajiet sportivi mill-aktar fis.

Il-MMF se tkompli tipprovdi kwalunkwe appoġġ li tista’ tagħti lill-membri u lis-soċjetà tagħna, speċjalment f’dan il-mument ta’ bżonn.

Il-MMF hija organizzazzjoni awtonoma u volontarja affiljata mal-Federation Internationale de l’Automobile (FIA), orjentata lejn awtomobilżmu u sport kompetittiv u mhux kompetittiv bil-mutur, li tirrappreżenta t-tipi kollha ta’ vetturi inkluż birradju kkontrollat, vetturi b’żewġ roti, karozzi, trakkijiet, vetturi klassiċi, antiki (vintage) u kummerċjali. L-iskop bażiku tal-MMF huwa li tgħaqqad flimkien l-organizzazzjoniiet differenti tal-isport bil-mutur fil-gżejjer Maltin; bil-ħsieb li tirrappreżenta l-istess kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali; tappoġġja, u tipproteġi l-interessi tal-membri tagħha kif ukoll biex tirregola l-isport skond id-direttivi u d-deċiżjonijiet nazzjonali u dawk maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom l-MMF hija membru.

Dan it-tagħrif twassal minn Malta Motorsport Federation