Awdjo: Donazzjoni ta’ €70,000 f’apparat għal trabi li jitwieldu b’mod prematur

Il-grupp Tips, fi ħdan il-moviment ta’ Kana ta donazzjoni ta’ xejn inqas minn €70,000 lis-sezzjoni tal-kura intensiva tat-tfal f’apparat li jintuża biex jgħin tfal li jkunu twieldu b’mod prematur.

Fr Joe Mizzi, id-Direttur tal-Moviment Ta’ Kana spjega li din kienet is-sittax-il darba li saret donazzjoni bħal din.

Fr Joe Mizzi saħaq li matul dawn l-aħħar sittax-il sena, inġabbru mal-€400,000 jew iktar.

L-apparat li jiswa ħafna flus, jikkonsisti f’magni li jgħinu fi problemi ta’ respirazzjoni, jikkontrollaw ir-rata tal-qalb u t-temperatura tal-ġisem. Fr Joe Mizzi rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għall-għajnuna li dejjem wera’ ma dan il-moviment.