Donazzjoni ta’ €5,000 lil Puttinu Cares mill-Fish Fest

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ippreżenta donazzjoni ta’ €5,000 lil Puttinu Cares li inġabru waqt l-attività Fish Fest li ġiet organizzata s-Sibt li għadda.

Din is-somma inġabret mill-bejgħ tal-ħut waqt l-istess attività. 

Ħaddiema mis-Segretarjat u d-Dipartiment tal-Akwakultura u Sajd taw il-kontribut tagħhom biex tkompli tiżdied is-somma. 

Roderick Galdes semma li din is-sena l-istaġun tal-lampuki kien wieħed favorevoli u għalhekk kien possibli li jinbiegħ ukoll b’abbundanza waqt il-Fish Fest.

Galdes qal li għandna obbligu ngħinu lil dawk li jinsabu fil-bżonn u kien għalhekk li nħass il-bżonn li l-qliegħ kollu jmur għal dan il-għan.

 

Ritratt: DOI – Martin Attard