Donazzjoni ta’ €25,000 lill-Istrina mill-Grupp Farsons

Il-preżentazzjoni saret miċ-Chairman, Louis Farrugia u l-Kap Eżekuttiv Norman Aquilina li kkonferma l-impenn tal-Grupp għal dawn l-attivitajiet marbuta mal-għajnuniet soċjali.
Louis Farrugia, Chairman tal-Grupp Farsons ikkummenta li, “hija  ħaġa sabiħa li tara din il-parteċipazzjoni kbira fl-Istrina. Din is-sena l-Grupp Farsons inkluda NGOs oħra fil-kalendarju ta’ dan il-ġbir ta’ fondi u b’hekk saħħaħna aktar it-twemmin tagħna fir-responsabbiltà lejn l-attivitajiet b’mira ta’ għajnuniet soċjali.”
Fil-fatt l-impjegati tal-Grupp Farsons organizzaw numru ta’ inizjattiivi matul is-sena u li minnhom somma oħra ta’ €2,050 li kienet miġbura se tingħata lill-Malta Hospice Movement.
Dawn l-inizjattivi nkludew membership support drive għall-Malta Hospice Movement, lotterija fil-BBQ annwali tal-Grupp, diversi attivitajiet sportivi kif ukoll Ftira day. Din is-somma teskludi d-donazzjonijiet miġbura minn ġbir f’money box peress li din għad trid tinfetaħ mill-Hospice.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .