Donazzjoni ta’ €11,500 biex illejla jerfgħu l-istatwa fl-Imġarr

Grupp ta’ reffiegħa fl-Imġarr offrew is-somma ta’ €11,500 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-purċissjoni li ssir illejla.

B’hekk, il-grupp immexxi minn Wistin Vella se jerfa’ l-istatwa wara li rebaħ l-irkant. Hu mifhum li kien hemm erba’ gruppi li kontinwament aġġornaw l-offerta tagħhom quddiem il-pubbliku fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Imġarr.

Din it-tradizzjoni tmur lura għas-sena 1923.