Donazzjoni favur il-kanċer ma’ kull CD-album ġdid ta’ Gianluca

Se tingħata donazzjoni ta’ ewro għall-karità għal kull CD-Album ġdid li se jinbiegħ tal-kantant Gianluca Bezzina. Dawn il-flus se jmorru għall-Fond favur il-Kanċer. Dan tħabbar hekk kif  tnieda l-ewwel album ta’ Gianluca Bezzina ‘Waiting for Tomorrow’ u li ġie ppreżentat lis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali Dr. Jose’ Herrera.

Dr. Herrera qal li huwa ta’ sodisfazzjon li artisti żagħżagħ ta’ talent bħal Gianluca jaħdmu biex ikabbru il-karriera artistika tagħhom. Kompla jgħid li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq diversi proġetti li jinkludu kull forma ta’ arti, u li jagħtu l-appoġġ biex l-industrija tal-kreattività f’Malta tikber u tiġi esportata barra minn Malta.

Ġie spjegat li ewro minn kull CD-album li se jinbiegħ se imur favur Fond favur il-Kanċer. L-ammont li jinġabar se jiġi irduppjat mill-kumpanija Calamatta Cuschieri.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut