Donaturi tad-demm ġenerużi dan is-sajf

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li hekk kif tmiem din il-ġimgħa jġib miegħu tmiem is-sajf, jista’ jgħid li kien sajf pożittiv mill-għadd ta’ donazzjonijiet tad-demm.

Meta mqabbel ma’ sjuf oħra, wieħed jista’ jgħid li ftit li xejn kien hawn nuqqas kritiku ta’ demm, għajr għall-gruppi O negative u A negative, li mhumiex komuni fil-Gżejjer Maltin.

Filwaqt li rringrazzja lil kulmin b’xi mod ta’ sehmu biex jiġi offrut serħan il-moħħ lil tant pazjenti, is-Servizz ikompli jfakkar li l-isfida biex tinżamm riserva tajba f’kull jum tas-sena, ma tieqaf qatt.