Donald Tusk konfermat bħala President tal-Partit Popolari Ewropew

European Council President Donald Tusk attends a rally during celebrations marking the 30th anniversary of the first free democratic parliamentary election in Poland, at the Old Town in Gdansk, Poland June 4, 2019. REUTERS/Kacper Pempel

Donald Tusk kien ikkonfermat bħala l-President tal-Partit Popolari Ewropew. Huwa kiseb 493 vot favur u 37 vot kontra.

Tusk, li fl-aħħar snin kien il-President tal-Kunsill Ewropew, ser ikun qed jieħu post Joseph Daul, li serva bħala President għal dawn l-aħħar snin.

Tusk twieled fil-Polonja fl-1957. Huwa kien Prim Ministru tal-Polonja bl-2007 u l-2014.

Il-Partit Nazzjonalista, li huwa parti mill-familja tal-Partit Popolari Ewropew, kien rappreżentat b’delegazzjoni mmexxija minn Dr Adrian Delia.