Donald Tusk innominat biex imexxi lill-PPE

Read in English.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk tefa’ n-nominazzjoni tiegħu biex jiġi elett President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li huwa l-ikbar partit politiku fl-Ewropa. Il-kap tal-partit ta’ Tusk fil-Polonja ħabbar dan il-Ġimgħa filgħaxija u qal li kulħadd kien qed iħeġġeġ lil Tusk biex jikkontesta, inkluż il-President attwali Joseph Daul.

Ftit tal-jiem ilu, Donald Tusk faħħar il-prinċipji u l-valuri tad-demokrazija kristjana f’laqgħa mal-Papa Franġisku fil-Vatikan.

Il-PPE mistenni jeleġġi tim ġdid ta’ tmexxija waqt il-Kungress li se jsir f’Zagreb fil-Kroazja bejn l-20 u l-21 ta’ Novembru.