​Donald Trump kien jiġbor il-fliexken vojta

L-ewwel xogħol tal-President-elett tal-Istati Uniti Donald Trump, kien li jiġbor il-fliexken vojta.
Il-biljunaru rrakkonta ma’ Forbes, kif minkejja li twieled f’familja sinjura, missieru riedu jitgħallem dwar il-valur tal-flus.
Għaldaqstant, missieru, li kien żviluppatur tal-proprjetà, kien jieħu lilu u lil ħuh f’siti ta’ kostruzzjoni, fejn kienu jiġbru fliexken vojta biex imbagħad isarrfuhom fi flus.
Donald Trump qal li ma tantx għamel flus, iżda tgħallem li jrid jaħdem biex jaqla’ l-flus.
X’kien l-ewwel xogħol ta’ Clinton u Obama?
Din l-istqarrija ta’ Trump tista’ tqanqal kurżità  dwar x’kien l-ewwel xogħol tal-President Amerikan Barack Obama u l-kandidata għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Istati Uniti Hillary Clinton.
Filwaqt li Clinton kienet tissorvelja park żgħir qrib id-dar, jekk kont l-Istati Uniti u xtrajt ġelat, stajt ħadtu minn idejn Obama!
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace