Donald Trump Jr pożittiv għall-Covid-19

Donald Trump Jr, l-ewwel iben tal-President Amerikan Donald Trump, irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Kelliem tiegħu qal li Donald Jr, li għandu 42 sena, ilu kwarantina mill-bidu tal-ġimgħa u li ma għandux sintomi.

Donald Jr hu t-tieni wild tal-President Amerikan li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Ibnu ż-żgħir Barron, li għandu 14-il sena, kien irriżulta pożittiv f’Ottubru iżda kellu fejqan ta’ malajr.

Trump innifsu kien għadda tlett ijiem l-isptar minħabba l-Covid-19 fil-bidu ta’ Ottubru, ftit jiem qabel l-elezzjoni presidenzjali li tilef kontra Joe Biden: għalkemm Trump innifsu għadu qed jinsisti li rebaħ hu.