Trump joffri għajnuna lil Putin wara nirien qawwija fis-Siberja

FILE PHOTO: U.S. President Donald Trump speaks during a signing ceremony for the "Permanent Authorization of the September 11th Victim Compensation Fund Act" in the Rose Garden of the White House in Washington, U.S., July 29, 2019. REUTERS/Carlos Barria

Il-President Amerikan Donald Trump offra l-għajnuna lill-President Russu Vladimir Putin fid-dawl tan-nirien qawwija li ħakmu s-Siberja fir-Russja.

Fi stqarrija l-Kremlin qalet li din l-offerta saret permezz ta’ telefonata bejn iż-żewġ Presidenti. Il-President Russu ħa din it-telefonata fi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni u l-istabilizzar b’mod sħiħ tar-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Istati Uniti.

In-nirien ħakmu iktar minn 12,140 kilometru kwadru mill-foresta li hemm f’dan ir-reġjun remot. Id-daqs huwa ekwivalenti għall-Belġju.

Numru ta’ reġjuni iddikjaraw stat ta’ emerġenza kawża ta’ dawn in-nirien.