Donald Trump jirbaħ fil-ħames stati li vvutaw ilbieraħ

Il-kandidat għall-Partit tar-Repubblikani Donald Trump rebaħ il-maġġoranza tal-voti fil-ħames stati li vvutaw ilbieraħ, filwaqt li l-kandidata għall-Partit tad-Demokratiċi Hillary Clinton rebħet erba' minn ħamsa.
Trump sejjaħ lilu nnifsu "in-nominat preżunti" wara li rebaħ f'Connecticut, Delaware, Maryland, Pannsylvania u Rhode Island.
Dawn ir-riżultati jkomplu jqarrbuħ lejn in-numru ta' delegati li għandu bżonn qabel il-konvenżjoni nazzjonali tal-partit f'Lulju li ġej.
Sadanittant, il-kandidat l-ieħor għall-Partit tad-Demokratiċi, Bernie Sanders, rebaħ f'Rhode Island u wiegħed li se jibqa' jiġġieled sal-aħħar tal-proċess tal-primaries.