Donald Trump jiddeċiedi favur għajnuna ekonomika

REUTERS/Tasos Katopodis

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħa azzjoni eżekuttiva biex jipprovdi għajnuna ekonomika lil miljuni ta’ Amerikani li ntlaqtu mill-pandemija tal-coronavirus. Qal li kien sfurzat jagħmel dan wara li ddeterjoraw it-taħdidiet fil-Kungress.

Skont il-BBC, id-direttivi ta’ Trump jinkludu miżuri ta’ għajnuna għal min m’għandux xogħol, biex tiġi sospiża l-payroll tax, u biex jiġi estiż is-self għall-istudenti.

Aktarx, uħud mill-miżuri se jaffaċċjaw azzjoni legali peress li huwa l-Kungress li jikkontrolla l-infieq tal-pajjiż u mhux il-President.

L-avversarju Demokratiku ta’ Trump Joe Biden qal li kienu miżuri nofs leħja.