Donald Trump jgħid li l-Punent irid jistaqsi jekk iridx isalva

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-mistoqsija fundamentali għall-Punent hija jekk għandux ir-rieda li jsalva.
Waqt li kien qiegħed fil-belt kapitali tal-Polonja, f’Warsaw, Trump ħa lill-Polonja bħala eżempju ta’ pajjiż li lest li jiddefendi lill-poplu. Fl-istess ħin huwa wissa’ kontra t-theddid ta’ vjolenza u estremiżmu.
Filwaqt li rrefera għall-istorja tal-Polonja, Trump qal li l-esperjenza ta’ dan il-pajjiż tfakkar li d-difiża tal-pajjiż hija bbażżata fuq ir-rieda tal-popu.
Donald Trump jinsab il-Polonja qabel ma jattendi s-sumit tal-G20 fil-Ġermanja.