Donald Trump innonimat għall-Premju Nobel għall-paċi

Il-President Amerikan Donald Trump ġie nnominat għall-Premju Nobel għall-paċi tal-2021.

Skont rapporti fil-midja internazzjonali jidher li Trump ġie nnominat minn membru parlamentari Noerveġiż għall-ħidma tiegħu fejn għen biex isir trattat ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Emirati Arab Maqgħuda f’Awissu.

L-istess membru parlamentari Norveġiż kien issotometta n-nominazzjoni tal-istess premju għal Trump fl-2018 wara s-summit bejn l-Istati Uniti u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong UN. Dik is-sena Trump ma kienx rebaħ dan il-premju.

F’Jannar li għadda Trump kien sostna li kien ħaqqu jirbaħ dan il-premju fl-2019, meta minflok kien rebħu l-Prim Ministru tal-Etjopja Abiy Ahmed. Fil-kummenti tiegħu Trump sostna li hu u mhux Ahmed, kien il-moħħ wara l-paċi fl-Afrika.