Il-President Amerikan u Melania Trump għandhom il-coronavirus

Aġġornat 07:44 AM
REUTERS/Tasos Katopodis

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump u l-mara tiegħu Melania ġew ittestjati pożittivi għal Coronavirus.

Trump kien ħabbar il-Ħamis li se jkollu jmur fi kwarantina wara li Hope Hicks, waħda mill-aktar alleati qrib tiegħu, ittestjat pożittiva għall-coronavirus.

Fi tweet tard ilbieraħ filgħaxija huwa żvela kif Hicks, li ddeskrivha bħala persuna li taħdem ħafna u ma tieqaf qatt, ittestjat pożittiva. “Jien u l-First Lady qed nistennew ir-riżutlati tagħna. Sadanittant, se nibdew il-proċess ta’ kwarantina tagħna!”

Hick ittestjat positive għall-coronavirus wara li kienet qed tivvjaġġa mal-istess Trump, fil-qadi ta’ dmirijietha.

Skond Bloomberg, Hicks kienet qed tesperejenzha xi sintomi ta’ Covid-19.