Don Matteo taħt akkuża

Don Matteo

Wara waqfa ta’ tlett ġimgħat minħabba fix-xandiriet tal-futbol u l-festival ta’ Sanremo, illejla fuq l-istazzjon Rai Uno jasal lura Terence Hill bil-puntati l-ġodda ta’ Don Matteo. L-episodju tal-lejla hu wieħed mill-aktar b’saħħtu li se jkun qed iwassal mill-inqas żewġ mumenti ta’ taqtigħ il-qalb hekk kif Don Matteo se jkun qed jiġi akkużat li tajjar tfajla.

Għall-Carabinieri din is-sitwazzjoni hi waħda skomda ħafna għax jafu kemm Don Matteo huwa bniedem rett u tul is-snin kien strumentali biex jissolvew bosta każijiet u tressqu bosta kriminali quddiem il-ġustizzja.

Kulħadd donmnu konvint li Don Matteo huwa innoċenti iżda l-provi juru mod ieħor. Allura min tassew huwa l-ħati?

Fit-tieni episodju li jixxandar illejla se naraw li fi Spoleto jasal il-Papa bi proposta interessanti għal Don Matteo: dik li jlaħħqu kardinal.

X’se jkun il-futur ta’ Don Matteo?

Din is-sensiela tixxandar illejla fuq Rai Uno fid-9.20pm.