Dokumenti tal-isptar t’Għawdex jispiċċaw itiru mar-riħ

Dokumenti tal-pazjenti spiċċaw itiru mar-riħ wara li vann tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex infetħitlu l-bieba ta’ wara u waqgħet minnu kaxxa bid-dokumenti.

L-inċident seħħ qrib it-traffic lights ta’ Buġibba iktar kmieni waranofsinhar. Il-vann kien qed jinstaq fid-direzzjoni tar-roundabout ta’ San Pawl il-Baħar.

Xi persuni dehru neżlin mill-vann u jiġru wara l-karti sakemm ġabruhom kollha.

Ritratti fuq info@newsbook.com.mt