Dokumentarju speċjali għall-fans kollha ta’ Vasco Rossi llejla fuq Canale 5

Dawk li jħobbu l-mużika Taljana llejla żgur li m’għandhomx jitilfu d-dokumentarju – kunċert Siamo Solo Noi – Sei come 6.

Dan huwa kunċert – dokumentarju ta’ Giorgio Verdelli li se jkun rakkuntat minn Gerry Scotti u se jiffoka fuq l-aħjar mumenti tas-sitt kunċerti li Vasco Rossi għamel dan l-aħħar f’San Siro f’Milan.

Dan l-artist għandu f’idejh ir-rekord ta’ kunċerti li għamel f’dan il-post u saħansitra llejla waqt din is-serata li se titwassal fuq Canale 5, se jkun hemm ukoll ritratti, filmati u tifkiriet li se jeħduna lura lejn l-1990.

Siamo Solo Noi – Sei come 6 se jkun qed jixxandar illejla fuq Canale 5 mid-9.20pm ‘il quddiem.