​Dokumentarju Malti jirbaħ żewġ unuri

‘Kannizzati Fishing’ produzzjoni ta’ Chris u Maurice Micallef, rebaħ unuri għall-iskript u ċinematografija fil-Hollywood International Independent Documentary Awards.
Id-dokumentarju jittratta l-proċess kollu ta’ kif tinqabad il-lampuka mis-sajjieda Maltin sakemm tinbiegħ fis-suq lokali.
L-għan ta’ dawn l-unuri hu li tippromovi produzzjonijiet li jistgħu jagħmlu impatt permezz ta’ dokumentarji.
Chris u Maurice Micallef rebħu diversi unuri fosthom għall-aqwa direttur għall-produzzjoni The Phoenicians, fil-Mountain Film Festival.