Dokumentarju dwar Malta, Għawdex u Kemmuna għada fuq Rete 4; Kien rebbieħ fil-Malta Tourism Authority Press Awards 2015

Simona Stoppa onorata mill-Ministru Carmelo Abela waqt il-premjazzjoni fl-2016

Għada l-Ħadd 9 ta’ Ġunju, bħala parti mis-sensiela ta’ dokumentarji mis-sensiela Viaggiatori – Uno Sguardo Sul Mondo, l-istazzjon Rete 4 mistenni jxandar programm dedikat lill-gżejjer Maltin L’Arcipelago delle Meraviglie.

Din il-produzzjoni ta’ 35 minuta għandha riċerka u direzzjoni ta’ Simona Stoppa li fl-2016 ġiet onorata f’pajjiżna waqt l-MTA Awards għal dan id-dokumentarju, li kien inħadem fis-sena ta’ qabel.

Malta/Gozo/Comino: L’Arcipelago delle Meraviglie huwa produzzjoni eżekuttiva tal-kumpanija OpenEyes Film u dment li ma jkunx hemm tibdil fl-aħħar minuti minn naħa tal-istazzjon, hu skedat li jixxandar għada l-Ħadd fuq Rete 4 fis-07.45 ta’ filgħodu.