Dokumentarji biex jitfakkar il-poeta nazzjonali fix-xahar marbut miegħu

Dun Karm Psaila Jose Herrera
Festivals Malta

Ottubru huwa x-xahar marbut mat-twelid u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Is-soltu, huwa jiġi mfakkar f’dan ix-xahar permezz ta’ xi riċevimenti jew attivitajiet, iżda din is-sena, minħabba l-pandemija tal-coronavirus, qed jitfakkar b’dokumentarji qosra.

Dun Karm twieled f’Ħaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871 u miet f’San Ġiljan fit-13 ta’ Ottubru tal-1961.

Id-dokumentarji qosra qed isiru mill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ Festivals Malta flimkien mal-Akkademja tal-Malti. Dawn jittrattaw diversi aspetti minn ħajjet il-poeta. Id-dokumentarji qed jixxandru kuljum fuq TVM wara l-aħbarijiet tat-8pm.

Wieħed jista’ jsegwihom ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Festivals Malta.

Erġa segwi t-tieni parti tad-dokumentarji qosra fuq Dun Karm Psaila – Il-Poeta Nazzjonali. Dawn il-filmati qosra bi produzzjoni ta' Festivals Malta qed jixxandru kuljum wara l-aħbarijiet tat-8:00pm fuq TVM

Posted by Festivals Malta on Wednesday, October 14, 2020

Illum, il-Kumitat Festi Nazzjonali fakkar lill-poeta b’ċerimonja ta’ tqegħid tal-fjuri mal-monument tal-poeta fil-Furjana. Għal din iċ-ċerimonja attenda l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali José Herrera.

Festivals Malta ħa wkoll ħsieb li għall-perjodu jittellgħu l-bnadar Maltin madwar il-monument biex ifakkru aktar lill-pubbliku dwar dan il-wirt nazzjonali li jseddaq l-għaqda fost il-Maltin.

Dun Karm Psaila Kumitat Festi Nazzjonali
Festivals Malta