Dokument ta’ David Casa dwar Ewropa aktar soċjali diskuss f’laqgħa tal-EPP

Waqt laqgħa tal-EPP ġie diskuss id-dokument tal-Ewroparlamentari Malti David Casa dwar Ewropa soċjali aktar moderna.
Dan id-dokument iressaq ‘il quddiem il-miri tal-EPP fil-qasam tal-politika soċjali.
David Casa enfasizza li l-politiċi jeħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari għall-problemi soċjali fl-Ewropa.
Enfasizza li l-kriżi finanzjarja wasslet għat-telf tal-impjiegi speċjalment fost iż-żgħażagħ u b’hekk żdiedu l-kriżijiet soċjali f’postijiet madwar l-Ewropa.
Filwaqt li rrikonoxxa li l-Ewropa uriet li miżuri li ġew implimentati qed iħallu impatt fost iċ-ċittadini, David Casa qal li fadal xi jsir.
Fost it-temi f’dan id-dokument, hemm l-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, il-kultura intraprenditorjali, id-digital jobs, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, id-diskriminazzjoni u l-immigrazzjoni.
Id-dokument ta’ David Casa mistenni li jgħaddi minn vot fost l-Ewroparlamentari kollha tal-EPP waqt laqgħa oħra tal-grupp.