Dokument biex titwarrab l-apatija fost iż-żgħażagħ fil-volontarjat

L-attiviżmu fost iż-żgħażagħ fil-qasam tax-xogħol volontarju se jingħata iktar prominenza u entużjażmu.
Dan hekk kif l-Assoċjazzjoni Y Plus, għaqda mhux governattiva ġdida għaż-żgħażagħ, nediet id-dokument ‘Voluntary Work – A Youth Perspective’.
Dan id-dokument hu riżultat ta’ sena ħidma bejn iż-żgħażagħ u partijiet interessati minn istituzzjonijiet edukattivi f’Malta u Għawdex bl-għan li jiġu studjati l-limitazzjonijiet li jxekklu l-attiviżmu fost iż-żgħażagħ.
Barra minn hekk, id-dokument jirrakkomanda tisħiħ fil-qafas legali u politiku biex jingħata aktar sapport lill-volontarjat, introduzzjoni ta’ skemi, kif ukoll investiment f’aġenziji li jipprovdu taħriġ dwar il-volontarjat.
Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Erasmus+ Grant.
Jekk tixtieq taqra d-dokument, agħfas hawn.