DNCE u Jonas Blue fost l-istilel fl-MTV ta’ dis-sena

L-MTV ħabbret li fil-festival ta’ dis-sena, il-band dunk-pop DNCE u d-dj famuż Jonas Blue se jkunu fost l-istilel li se jixegħlu l-Fosos tal-Furjana.
Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, intqal li dawn iż-żewġ karattri mix-xena mużikali se jkunu qed jingħaqdu mal-grupp Chainsmokers.
Id-DNCE iddebuttaw sentejn ilu, bis-single Cake by the Ocean li laħqet il-livell ta’ triple platinum għall-bejgħ li kellha. Il-grupp magħmul minn Joe Joans, Cole Whittle, JinJoo Lee u Jack Lawless.
Intant, Jonas Blue, sar famuż mill-ewwel is-sena l-oħra bis-single Fast Car bis-sehem ta’ Dakota. Dis-single biegħet sit miljun kopja.
L-avveniment tant mistenni se jsir it-Tlieta, 27 ta' Ġunju.