Djun joħorġu single u vidjow bl-isem ta’ Ukoll

Wara s-suċċess tat-tnedija tal-ewwel album tagħhom Il-Ħlas, il-grupp tar-rock alternattiv Malti Djun ħareġ kanzunetta oħra mill-istess album bħala single bl-isem ta’ Ukoll.

Il-kanzunetta, li hi aktar mexxejja mis-singles li ħarġu s’issa mill-album, xorta fiha dik iċ-ċerta solennità li għandu l-bqija tal-album, li jittratta t-temi taż-żmien u t-tmiem.

Il-grupp ħareġ ukoll vidjow tal-kanzunetta tindaqq live, meħud waqt it-tnedija tal-album fil-Malta Society of Arts f’Ġunju.

Djun huma Justin Galea, Charles Cassar, Paul Torpiano, Ryen Refalo u Michael Vella Zarb. Il-vidjow ta’ Ukoll ġie miġbud u editjat minn Mauro D’Amato. 

Djun se jkunu qed idoqqu fil-kunċert Rock for Richmond li se jsir għada s-Sibt, il-31 ta’ Awissu 2019 sabiex jinġabru fondi għal Fondazzjoni Richmond.