Djokovic ma jħallix l-uġigħ itellfu mir-rebħ

Novak Djokovic li qed jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra, sab is-saħħa biex jinjora l-uġigħ li kellu fi spalltu u jirbaħ it-tielet rawnd kontra l-Arġentinjan Juan Ignacio Londero. Djokovic li qed jagħmel ħiltu biex jiddefendi t-titlu ma ħalliex l-uġieh li ħass fi spalltu jtellfu milli jgħaddi għar-rawnd li jmiss.

Djokovic kellu jieqaf biex jingħata trattament għall-uġieh tliet darbiet imma wasal biex rebaħ il-logħba 6-4 7-6 (7-3) 6-1. Hu stqarr li l-uġieh kien qed jaffetwalu s-serve u l-backhand, fil-fatt tilef ħames serves. Hu żied jgħid li ma kienx ċert hux se jirnexxielu jispiċċa l-logħba, iżda huwa kuntent ħafna li mhux talli spiċċa l-logħba, iżda rnexxielu jirbaħ ukoll.