Djarju għal kawża ġusta

Read in English.

L-Animal Guardians Malta għadhom kif ħarġu djarju għas-sena 2020 li l-għan tiegħu huwa biex jinġabru fondi li jmorru għall-ikel, mediċini u spejjeż tal-veterinarji għall-200 qattus li salvaw.

Din l-NGO beda fl-2004 minn grupp ta’ volontiera li ried ibiddel is-sitwazzjoni tal-qtates abbandunati li hawn madwar Malta. Huma jmexxu dan it-therapy cafè li jinsab ġewwa r-residenza ta’ San Vinċenż De Paule f’Ħal Luqa.

Matul is-snin l-Animal Guardians Malta għenu biex isalvaw ħafna qtates mit-toroq u jsibulhom ukoll dar.

Permezz ta’ dan id-djarju, li huwa magħmul żgħir b’tali mod li tista’ ġġorru miegħek, huwa ideali anki biex jingħata bħala rigal lit-tfal għall-Milied, u saħansitra jista’ jitqiegħed fil-Christmas Stocking.

Għal aktar dettalji dwar kif tistgħu takkwistaw dan id-djarju, idħlu fil-paġna tagħhom fuq Facebook jew ibgħatu emejl lil animalguardiansmalta@gmail.com

L-Animal Guardians Cat Cafè jkun miftuħ il-Ħdud bejn l-10am u nofsinhar.