Manchester: Familji evakwati minħabba nirien

SWSC

Read in English.

Aktar minn 30 dar ġew evakwati viċin Greater Manchester fit-tramuntana tal-Ingilterra hekk kif bosta ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jissieltu sabiex jitfu nirien kbar li ħakmu medda xagħri.

In-nirien ħakmu żoni fl-għoljiet ta’ Saddleworth minħabba sħana kbira li ħakem liż-żona.

Il-Pulizija qalet li llum evakwat 34 dar mill-villaġġ ta’ Carrbrook li jinsabu fil-punent tan-nirien.

In-nirien ġew iddikjarati bħala każ ta’ inċident maġġuri, fejn saħansitra l-iskejjel se jibqgħu magħluqin illum u r-residenti qed jintalbu ma joħorġux mid-dar.

S’issa għadu mhux magħruf x’kien li kkawża n-nirien.