​Djalogu bejn l-Ewropej u l-Istati Uniti hu diffiċli – Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li l-Ewropej qed isibuha aktar diffiċli li jkollhom djalogu ma’ rappreżentanti tal-Istati Uniti li jistgħu jitkellmu b’mod awtorevoli dwar perspettivi futuri tal-Istati Uniti.
Sant qal dan il-kliem waqt attività ta’ skambju ta’ ideat ma’ studenti u professjonisti żgħażagħ futuri mill-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges.
Sant qal li din id-diffikultà tiġi minħabba l-imprevedibbilità tal-politika tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Spjega li “waqt li taħt l-amministrazzjoni ta’ Obama ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kienu bbażati fuq l-idea li l-interessi tat-tnejn kienu qrib xulxin, speċjalment l-interessi ekonomiċi u dawk tad-difiża, taħt il-Presidenza ta’ Trump dan ma baqax il-każ.”
L-MEPs Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech ipparteċipaw ukoll f’din l-attività.