Read in English.
Id-DJ famuż Taljan, Joseph Capriati, spiċċa rikoverat l-isptar wara li qala’ daqqa ta’ sikkina mingħand missieru.
Capriati, li għandu 33 sena, qed jingħata l-kura fl-isptar Sant’Anna e San Sebastiano f’Caserta fir-reġjun ta’ Campania, fl-Italja.
Il-gazzetta La Repubblika qed tirrapporta kif missieru, li għandu 61 sena ġie arrestat fuq attentat ta qtil.
Id-DJ jgħix Spanja iżda minħabba l-pandemija tal-Coronavirus irritorna fid-dar tal-ġenituri tiegħu, l-Italja. Skont rapporti fil-media taljana Joseph kien involut f’argument ma’ membri tal-famija meta f’ħin minnhom missieru qabad sikkina mill-kċina u tah daqqa f’sidru.
Fuq il-post mill-ewwel issejħu l-Pulizija u Joseph Capriati ttieħed mill-ewwel l-isptar.
Hekk kif ħarġet l-aħbar, fuq il-media soċjali, kien hemm mijiet ta’ messaġġi jawguraw lid-DJ fejqan ta’ malajr.