DJ Banana jiżvela għala waqaf minn xandar

Umani jerġa’ jirritorna għall-iskeda ta’ Jannar, mil-lum is-Sibt 2 ta’ Jannar, bl-ewwel mistieden tal-ġurnalista Maria Muscat jkun Mario Mifsud li kulħadd jafu bħala DJ Banana. 

Mario illum għandu 56 sena, u għalkemm bost jafuh fuq il-mezzi tax-xandir hemm ħafna realtajiet oħra li ma nafux dwaru.

Waqt il-programm jiżvela ħafna affarijiet fosthom li waqaf minn xandar minħabba li qed ibati minn kundizzjoni severa f’dahru, u xorta waħda bħala ġenitur waħdu qed jieħu ħsieb liż-żewġ uliedu Aisha u Lydon. 

Umani, b’direzzjoni ta’ Godfrey Smith, jixxandar fuq TVM fl-4.30pm.