Diżgwid bejn it-tmexxija u l-impjegati f’Monte Karmeli

Rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jgħid li emm ċerta tensjoni fir-relazzjonijiet  bejn it-tmexxija u l-impjegati tal-isptar, liema sitwazzjoni qiegħda timmina l-effiċjenza u l-effettività tal-operat tal-Monte Carmeli.

Ir-rapport ikompli billi jgħid li s‑saħħa mentali f’Malta, qed tingħata prijorità sekondarja meta mqabbla mal‑kumplament tas‑settur lokali tas‑saħħa.

Filwaqt li l-NAO jirrikonoxxi l-wegħda mħabbra riċentement mill-Gvern li jinvesti madwar €30 miljun sabiex jiġu indirizzati problemi strutturali ta’ dan l-isptar, dawn il-problemi huma biss porzjon mill-isfidi li jxekklu l-operat ta’ Monte Carmeli. Għalhekk l-NAO qed jasserixxi li jekk dan l-investiment kapitali ma jkunx akkumpanjat minn reviżjoni tal-operat, kif ukoll tal-allokazzjoni finanzjarja rikorrenti, Monte Carmeli se jibqa’ jaffaċċja sfidi kbar.

Minbarra n-nuqqas kbir fir-riżorsi umani, partikolarment fil-gradi tal-infermiera, l-Uffiċċju tal-Awditur osserva li hemm ċerta tensjoni fir-relazzjonijiet  bejn it-tmexxija u l-impjegati tal-isptar, liema sitwazzjoni qiegħda timmina l-effiċjenza u l-effettività tal-operat tal-isptar.

Ir-rapport jgħid li l‑arranġamenti tas‑sigurtà ġewwa l-isptar mhumiex adegwati, hekk kif uffiċjali tas‑sigurtà ma jeżerċitawx funzjonijiet li jinvolvu l‑element fiżiku (bħal tfittxijiet u trażżin ta’ persuni) kif ukoll dawk li għandhom x’jaqsmu mal‑monitoraġġ tal‑master keys tal‑isptar. Xi wħud minn dawn il-funzjonijiet minflok, isiru minn infermiera. Dan l‑Uffiċċju wkoll innota laxkezza fis‑sigurtà fl‑entratura prinċipali tal‑isptar, u li s‑sistema ta’ CCTV mhijiex adegwata.

L‑Uffiċċju osserva ukoll kif strateġija nazzjonali komprensiva għas‑saħħa mentali għadha ma ġietx implimentata, u għalhekk l-NAO ħeġġeġ l‑awtoritajiet konċernati biex jagħtuha l-prijorità li jistħoqqilha.

AQRA:

Monte Carmeli taħt analiżi fil-ġimgħat li ġejjin

Tinfetaħ inkjesta dwar allegat swat fuq pazjent f’Monte Carmeli

100 pazjent jużaw is-servizz ta’ outreach tal-isptar Monte Carmeli